Il-politika awdjoviżiva u tal-media

Skedi Informattivi dwar l-UE 07-12-2023

Il-politika awdjoviżiva fl-UE hija regolata mill-Artikoli 167 u 173 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-att leġiżlattiv fundamentali f’dan il-qasam huwa d-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, li ġiet riveduta fl-2018. L-istrument ewlieni tal-UE biex jgħin l-industrija (speċjalment l-industrija tal-films) huwa l-fergħa MEDIA tal-programm Ewropa Kreattiva. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea titlob ir-rispett tal-“libertà u l-pluraliżmu tal-mezzi tal-komunikazzjoni”.