L-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

Skedi Informattivi dwar l-UE 08-06-2023

F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-responsabilità għas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija f’idejn l-Istati Membri, filwaqt li l-Unjoni Ewropea għandha biss rwol ta’ appoġġ. Madankollu, għadd ta’ sfidi futuri huma komuni għall-Istati Membri kollha – it-tixjiħ tas-soċjetajiet, in-nuqqas ta’ ħiliet fil-forza tax-xogħol, il-kompetizzjoni dinjija u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal – u għalhekk jitolbu risponsi konġunti, fejn il-pajjiżi jaħdmu flimkien u jitgħallmu mingħand xulxin[1].