Il-politika lingwistika

Skedi Informattivi dwar l-UE 26-05-2023

Bħala parti mill-isforzi tagħha biex tippromwovi l-mobilità u l-fehim interkulturali, l-Unjoni Ewropea (UE) għażlet l-apprendiment tal-lingwi bħala prijorità importanti, u tiffinanzja għadd ta’ programmi u proġetti f’dan il-qasam. Fil-fehma tal-UE, il-multilingwiżmu huwa element importanti tal-kompetittività Ewropea. Għalhekk, wieħed mill-objettivi tal-politika lingwistika tal-UE huwa li kull ċittadin tal-UE jkollu ħakma tajba ta’ żewġ lingwi oħra flimkien mal-lingwa materna tiegħu.