Il-Pajjiżi tal-Golf, l-Iran, l-Iraq u l-Jemen

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-01-2018

L-UE għandha ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (organizzazzjoni reġjonali li tiġbor fiha l-Bahrain, il-Kuwajt, l-Oman, il-Qatar, l-Arabja Sawdija, u l-Emirati Għarab Magħquda) u mal-Jemen, u Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni mal-Iraq. Attwalment, l-UE ma għandha l-ebda relazzjoni kuntrattwali mal-Iran u ma hemm l-ebda Delegazzjoni tal-UE f'Tehran. Ir-relazzjonijiet attwali bejn l-UE u l-Iran huma bbażati fuq il-preservazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK, ftehim nukleari mal-Iran), iffirmat fi Vjenna f'Lulju 2015.