Il-Paċifiku

01-01-2018

Ir-relazzjoni tal-UE mar-reġjun tal-Paċifiku għandha dimensjonijiet politiċi, ekonomiċi u ta' żvilupp. L-UE hija t-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tar-reġjun tal-Paċifiku u f'Ġunju 2018 tnedew negozjati għal ftehimiet komprensivi ta' kummerċ ħieles mal-Awstralja u ma' New Zealand. L-UE għandha sħubija mal-15-il Pajjiż Gżira Indipendenti tal-Paċifiku li tiffoka fuq l-iżvilupp, is-sajd u t-tibdil fil-klima, u sħubiji ma' erba' Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej u mal-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku.