L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (IĊE) hija strument importanti tad-demokrazija parteċipattiva fl-UE, li tippermetti lil miljun ċittadin li joqogħdu fi kwart tal-Istati Membri jistiednu lill-Kummissjoni tressaq proposta għal att legali biex jiġu implimentati t-Trattati tal-UE. Sa mill-applikazzjoni ta’ Regolament tal-2011 li jistabbilixxi l-proċeduri dettaljati għall-IĊE, għaxar inizjattivi tressqu b’suċċess quddiem il-Kummissjoni. Minn Jannar 2020, bdew japplikaw regoli ġodda biex l-IĊE ssir aktar aċċessibbli.