Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili

Skedi Informattivi dwar l-UE 26-01-2024

Il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni qed jiżdied b’mod kostanti. F’materji tal-liġi ċivili minħabba l-implikazzjonijiet transfruntiera, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja, u b’hekk qed tibni rabtiet bejn sistemi ġuridiċi differenti. L-objettivi prinċipali tagħha huma ċ-ċertezza legali u l-aċċess faċli u effettiv għall-ġustizzja, li jimplikaw l-identifikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-indikazzjoni ċara tal-liġi applikabbli, kif ukoll proċeduri ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni li jkunu rapidi u effettivi.