Il-proċeduri supranazzjonali għat-teħid ta' deċiżjonijiet

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

Minħabba s-sħubija tagħhom mal-UE, l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ftiehmu li jittrasferixxu wħud mis-setgħat tagħhom lill-istituzzjonijiet tal-UE f'oqsma ta' politika speċifiċi. Għalhekk, l-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu deċiżjonijiet supranazzjonali li jorbtu, fil-proċeduri leġiżlattivi u eżekuttivi tagħhom, fil-proċeduri baġitarji, fil-proċeduri tal-ħatra u fil-proċeduri li huma kważi kostituzzjonali.