Il-moviment liberu tal-kapital

01-02-2018

Il-moviment liberu tal-kapital hu waħda mill-erba' libertajiet fundamentali tas-suq uniku tal-UE. Minbarra li jirrappreżenta l-aktar libertà riċenti, jikkostitwixxi wkoll l-aktar waħda wiesgħa minħabba d-dimensjoni unika tiegħu b'rabta mal-pajjiżi terzi. Il-liberalizzazzjoni tal-flussi tal-kapital kienet waħda gradwali. B'konsegwenza tat-Trattat ta' Maastricht, ir-restrizzjonijiet fuq il-pagamenti u l-movimenti tal-kapital — kemm bejn l-Istati Membri u kemm ma' pajjiżi terzi — ilhom ipprojbiti mill-2004 'l hawn, għalkemm jista' jkun hemm xi eċċezzjonijiet.