Is-suq intern tal-enerġija

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

Sabiex jiġi armonizzat u liberalizzat is-suq intern tal-enerġija tal-UE, l-Unjoni Ewropea adottat miżuri biex tibni suq tal-UE kompetittiv, iċċentrat fuq il-klijent, flessibbli u mhux diskriminatorju bi prezzijiet tal-provvista bbażati fuq is-suq. Dawn il-miżuri jindirizzaw kwistjonijiet ta’ aċċess għas-suq, trasparenza u regolamentazzjoni, protezzjoni tal-konsumatur, interkonnessjonijiet u sigurtà tal-provvista. Huma jsaħħu d-drittijiet tal-klijenti individwali, tal-komunitajiet tal-enerġija u tal-konsumaturi vulnerabbli, jiċċaraw ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-parteċipanti tas-suq u tar-regolaturi u jippromwovu l-iżvilupp ta’ networks trans-Ewropej tal-enerġija. Sa mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija li rriżultat, l-istruttura tas-suq tal-enerġija tal-UE għaddejja minn bidliet strutturali profondi.