Id-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni
Skedi Informattivi dwar l-UE
09-01-2024
L-Unjoni Ewropea tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-dritt tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni billi tadotta rekwiżiti minimi permezz ta’ direttivi jew miżuri maħsuba biex iħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Għadd ta’ direttivi tal-UE jipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni fil-livell tal-kumpaniji billi jistabbilixxu regoli kemm għal-livell nazzjonali kif ukoll għal dak transnazzjonali.
Skedi Informattivi dwar l-UE