Il-kopertura tas-sigurtà soċjali fi Stati Membri oħra tal-UE

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

Il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-UE. Fl-2010 twettqet riforma fundamentali tal-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam u ġiet issupplimentata b’atti legali ulterjuri li tejbu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema mobbli. Fl-2016, il-Kummissjoni inkludiet proposti fil-Pakkett dwar il-Mobbiltà tal-Ħaddiema biex tkompli tirriforma s-sistema u tadattaha għar-realtajiet ekonomiċi u soċjali moderni fl-UE.