L-enerġija rinnovabbli

01-01-2018

Is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (enerġija mir-riħ, enerġija tax-xemx, enerġija idroelettrika, enerġija mill-oċeani, enerġija ġeotermali, il-bijomassa u l-bijokarburanti) huma alternattivi għall-karburanti fossili li jikkontribwixxu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, tiġi diversifikata l-provvista tal-enerġija u titnaqqas id-dipendenza minn swieq tal-karburanti fossili li mhumiex affidabbli u li huma volatili, b'mod partikolari ż-żejt u l-gass. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-promozzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli evolviet b'mod sinifikanti fis-snin reċenti. Fl-2009, il-mexxejja tal-UE ffissaw mira ta' sehem ta' 20% tal-konsum tal-enerġija tal-UE li ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli sal-2020. Fl-2018, intlaħaq qbil dwar mira ta' sehem ta' 32% tal-konsum tal-enerġija tal-UE li ġej minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli sal-2030. Il-qafas ta' politika futura għall-perjodu wara l-2030 qed jiġi diskuss.