Il-politika tal-enerġija: prinċipji ġenerali

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

L-isfidi li qed tiffaċċja l-UE fil-qasam tal-enerġija jinkludu kwistjonijiet bħad-dipendenza fuq l-importazzjoni, id-diversifikazzjoni limitata, prezzijiet tal-enerġija għoljin u volatili, id-domanda għall-enerġija li dejjem qed tikber, ir-riskji ta’ sigurtà f’pajjiżi produtturi kif ukoll f’dawk ta’ tranżitu, theddid dejjem akbar tat-tibdil fil-klima, id-dekarbonizzazzjoni, il-progress bil-mod fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija, l-isfidi taż-żieda fis-sehem ta’ sorsi rinnovabbli, kif ukoll il-ħtieġa għal swieq tal-enerġija aktar trasparenti, integrati u interkonnessi. Varjetà ta’ miżuri indirizzati lejn il-kisba ta’ Unjoni tal-Enerġija komprensiva tinsab fil-qalba tal-politika tal-enerġija tal-UE.