Is-sustanzi kimiċi u l-pestiċidi

01-02-2018

Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi u l-pestiċidi għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u li tipprevjeni l-ostakli għall-kummerċ. Tikkonsisti minn regoli li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' kategoriji partikolari ta' prodotti kimiċi, sett ta' restrizzjonijiet armonizzati dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi speċifiċi, u regoli li jirregolaw inċidenti serji u l-esportazzjoni ta' sustanzi perikolużi. It-terminu "pestiċidi" jinkludi s-sustanzi użati biex jiġu mrażżna, eradikati u evitati organiżmi li jitqiesu li jagħmlu l-ħsara. Dawn jinkludu l-prodotti bijoċidali u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs). Il-kisba l-aktar importanti fil-livell tal-UE hija r-Regolament REACH, li jirregola r-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' sustanzi perikolużi u r-restrizzjonijiet li japplikaw għalihom.