It-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

It-tniġġis tal-arja huwa l-akbar riskju għas-saħħa b’rabta mal-ambjent fl-Ewropa. L-istrateġija tal-UE fir-rigward tal-kwalità tal-arja tal-2013 immirat li sal-2020 tikseb konformità sħiħa mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-kwalità tal-arja u stabbilixxiet objettivi fit-tul għall-2030. L-UE għandha wkoll l-għan li ttejjeb aktar il-kwalità tal-arja billi tirrevedi d- Direttivi dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent. Id-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali tal-2002 tgħin biex jiġu identifikati l-livelli tal-ħsejjes fl-UE u biex jittieħdu miżuri sabiex dawn jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli. Leġiżlazzjoni separata tirregola t-tniġġis akustiku minn sorsi speċifiċi.