Il-protezzjoni u l-immaniġġjar tal-ilma

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

L-ilma huwa essenzjali għall-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti u għall-ekonomija. Il-protezzjoni u l-immaniġġjar tiegħu jmorru lil hinn mill-konfini nazzjonali. Il-politika tal-UE dwar l-ilma taqdi rwol kruċjali fis-salvagwardja tal-ambjent fl-UE. Hemm liġijiet imfassla biex jippreservaw is-sorsi tal-ilma u l-ekosistemi tal-ilma ħelu kif ukoll dawk tal-baħar, u biex jiggarantixxu l-indafa tal-ilma tax-xorb u tal-għawm. Id-Direttiva Qafas tal-UE dwar l-Ilma (WFD) tistabbilixxi qafas legali biex jiġi protett u ripristinat l-ilma nadif fl-UE u biex jiġi żgurat l-użu sostenibbli u fit-tul tiegħu.