Is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF)

01-02-2018

Is-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja (SESF) hija sistema b'diversi livelli ta' awtoritajiet mikroprudenzjali u makroprudenzjali li għandha l-għan li tiżgura superviżjoni finanzjarja konsistenti u koerenti fl-UE. Hi tinkludi l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), it-tliet awtoritajiet superviżorji Ewropej (EBA, ESMA u EIOPA) u s-superviżuri nazzjonali. Is-SESF evolviet b'mod kontinwu biex tqis il-kuntest li qed jinbidel li fih topera, b'mod partikolari l-introduzzjoni tal-Unjoni Bankarja, l-għan li tiġi żviluppata Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.