L-Unjoni Bankarja

Skedi Informattivi dwar l-UE 07-03-2024

L-Unjoni Bankarja hija bbażata fuq proposta li l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat fl-2012, ftit snin wara li l-kriżi finanzjarja serja kienet bdiet tiżvolġi fl-UE. L-innovazzjoni ewlenija kienet li r-responsabbiltà għas-superviżjoni ta’ kuljum tal-akbar banek fiż-żona tal-euro tiġi trasferita mil-livell nazzjonali għal dak Ewropew. Minn dak iż-żmien’ il quddiem, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ġie inkarigat kemm mill-politika monetarja kif ukoll mill-kompiti superviżorji, minkejja li kellu bżonn iżommhom strettament separati. Istituzzjoni oħra – il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – ġiet stabbilita fil-livell Ewropew biex tindirizza l-falliment tal-banek il-kbar. It-tielet element, skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti, spiss intalab, inkluż mill-Parlament Ewropew, iżda s’issa għadu ma ġiex stabbilit.