Il-Parlament Ewropew: is-setgħat

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-05-2023

Il-Parlament jiżvolġi r-rwol istituzzjonali tiegħu fit-tfassil tal-politiki Ewropej billi jeżerċita l-funzjonijiet differenti tiegħu. Il-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-proċess leġiżlattiv, is-setgħat baġitarji u ta’ kontroll tiegħu, l-involviment tiegħu fir-reviżjoni tat-Trattati u d-dritt tiegħu li jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jippermettulu li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi fil-livell Ewropew.