Il-Bank Ewropew tal-Investiment

01-02-2018

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) jippromwovi l-objettivi tal-Unjoni Ewropea billi jipprovdi finanzjament ta' proġetti fit-tul, garanziji u konsulenza. Huwa jappoġġja proġetti kemm fi ħdan l-UE kif ukoll lil hinn minnha. L-azzjonisti tiegħu huma l-Istati Membri tal-UE. Il-BEI huwa l-azzjonist maġġoritarju tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u ż-żewġ organizzazzjonijiet flimkien jiffurmaw il-Grupp BEI. Fi ħdan il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa tal-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI huwa parti minn strateġija usa' bil-għan li tegħleb id-diskrepanza kbira fl-investiment billi tnaqqas il-piż minn fuq l-investituri ta' wħud mir-riskji inerenti fil-proġetti.