Il-kontroll baġitarju

Skedi Informattivi dwar l-UE 07-12-2023

Kull istituzzjoni tal-UE u l-Istati Membri jagħmlu skrutinju tal-baġit tal-UE. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew iwettqu kontrolli dettaljati f'diversi livelli. Kull sena, il-Parlament jagħmel skrutinju tal-implimentazzjoni tal-baġit bil-għan li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-aġenziji deċentralizzati tal-UE.