Is-sikurezza tal-ikel

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

Il-politika tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-interessi tal-konsumatur, u li trawwem l-operat bla xkiel tas-suq uniku. F’dawn l-aħħar snin, bidla fundamentali wessgħet l-objettivi tas-sikurezza tal-ikel biex jinkludu l-insigurtà tal-ikel ikkawżata mit-tibdil fil-klima. L-UE tiżgura li l-istandards ta’ kontroll fl-oqsma tal-iġjene tal-prodotti tal-għalf u tal-ikel, tas-saħħa tal-annimali, tas-saħħa tal-pjanti, tal-mard żoonotiku li jinġarr fl-ikel u tal-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ikel jiġu rispettati. L-UE tirregola wkoll it-tikkettar għall-prodotti tal-ikel u tal-għalf.