Il-produzzjoni tal-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 08-06-2023

Il-produzzjoni tal-akkwakultura fl-Unjoni Ewropea għadha relattivament staġnata meta mqabbla mar-rati dejjem jiżdiedu tal-produzzjoni ta’ frott tal-baħar imrobbi fil-livell dinji. Matul dawn l-aħħar 20 sena, il-Kummissjoni ppruvat iżżid il-potenzjal ta’ produzzjoni tal-UE permezz tat-tnedija ta’ diversi dokumenti ta’ strateġija u linji gwida, u kien proprju għalhekk li fl-2016 ġie stabbilit il-Kunsill Konsultattiv għall-Akkwakultura (AAC). Dan il-korp huwa magħmul minn rappreżentanti tal-industrija u ta’ organizzazzjonijiet ta’ partijiet interessati rilevanti oħra, u jagħti pariri lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE. Fit-12 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni ppubblikat il-linji gwida strateġiċi ġodda tagħha għal akkwakultura tal-UE aktar sostenibbli u kompetittiva.