Il-proċeduri intergovernattivi biex jittieħdu d-deċiżjonijiet

Skedi Informattivi dwar l-UE 26-03-2024

Fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) kif ukoll f’diversi oqsma oħra, bħal pereżempju l-kooperazzjoni msaħħa, ċerti ħatriet u r-reviżjoni tat-trattati, il-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet hija differenti minn dik li tintuża fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-karatteristika dominanti f’dawn l-oqsma hija element aktar qawwi ta’ kooperazzjoni intergovernattiva. L-isfida tal-kriżi tad-dejn pubbliku wasslet għal żieda fl-użu ta’dan it-tip ta’ mekkaniżmi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, b’mod partikolari fil-qafas tal-governanza ekonomika Ewropea.