Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ilu kwistjoni importanti għall-UE mis-snin tmenin. L-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew stabbiliet standards minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema, filwaqt li ppermettiet lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ jew jintroduċu miżuri aktar stretti. Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma komponent ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ġie adottat fis-Summit Soċjali ta’ Liżbona fl-2021.