Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

L-Unjoni Ewropea hija fost l-ekonomiji maġġuri ewlenin f’dak li għandu x’jaqsam mal-indirizzar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Fl-2020, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE naqsu b’31% mil-livelli tal-1990, l-aktar livell baxx tagħhom fi 30 sena, u b’hekk qabżu l-mira tal-UE skont il-Protokoll ta’ Kjoto li tnaqqas l-emissjonijiet b’20% sal-2020. Fl-2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-Patt Ekoloġiku Ewropew, u issa qed tipproponi sett ta’ miżuri li għandu l-għan li jżid l-ambizzjoni ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE għal 55% sal-2030 u li l-ekonomija tal-UE tiġi ddekarbonizzata sal-2050, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.