Il-politika monetarja Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 05-12-2023

Is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) tinkludi l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri kollha tal-UE. L-objettiv ewlieni tas-SEBĊ huwa li tiggarantixxi l-istabbiltà tal-prezzijiet. Sabiex jilħaq dan l-objettiv, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq qafas analitiku integrat u jimplimenta miżuri standard kif ukoll miżuri mhux standard tal-politika monetarja.