L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-11-2023

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) huma primarjament responsabbli biex jistabbilixxu l-politika monetarja Ewropea, ir-regoli dwar il-ħruġ tal-euro u l-istabbiltà tal-prezzijiet fl-UE. Dawn l-istituzzjonijiet huma: il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Grupp tal-Euro u l-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN).