Sorveljanza Parlamentari tal-Aġenziji tas-Sigurtà u tal-Intelligence fl-Unjoni Ewropea

15-06-2011

Dan l-istudju jevalwa s-sorveljanza tal-aġenziji nazzjonali tas-sigurtà u lintelliġenza mill-parlamenti u mill-korpi ta’ sorveljanza mhux parlamentari speċjalizzati, sabiex jiġu identifikati l-prattiki tajbin li jistgħu jagħtu informazzjoni dwar l-approċċ tal-Parlament Ewropew għattisħiħ tas-sorveljanza tal-Europol, tal-Eurojust, tal-Frontex u, sa ċertu punt, tas-Sitcen. L-istudju jipproponi sensiela ta’ rakkomandazzjonijiet dettaljati (inkluż fil-qasam tal-aċċess għall-informazzjoni klassifikata) li huma fformulati fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet fid-dettall ta’: (1) ilfunzjonijiet u s-setgħat attwali ta’ dawn l-erba’ korpi; (2) l-arranġamenti eżistenti għas-sorveljanza ta’ dawn il-korpi mill-Parlament Ewropew, mill-Korpi Superviżorji Konġunti u mill-parlamenti nazzjonali; u (3) loqfsa legali u istituzzjonali għas-sorveljanza parlamentari u speċjalizzata tal-aġenziji tas-sigurtà u tal-intelliġenza fl-Istati Membri tal-UE u f’demokraziji ewlenin oħra.

Awtur estern

Aidan WILLS (Geneva Centre for the Democratic Control of Armed Forces - DCAF) and Mathias VERMEULEN (European University Institute - EUI)