Rapport tal-Pajjiżi dwar Malta - għall-Istudju dwar "Il-Politiki tal-Istati Membri għal Tfal b’Diżabilità"

Studju 14-06-2013

Dan l-istudju jagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni tat-tfal b’diżabilità f’Malta biex jidentifika d-diskrepanzi fl-oqfsa legali u l-implimentazzjoni tagħhom, l-ostakli li jiffaċċjaw it-tfal b’diżabilità u l-aħjar prattiki. Dan l-istudju tal-pajjiżi huwa parti minn studju akbar li janalizza 18-il Stat Membru. Ibbażat fuq analiżi komparattiva tal-istudji tal-pajjiżi, ir-rapport “Studju dwar il-Politiki tal-Istati Membri għal Tfal b’Diżabilità” jipprovdi ftit rakkomandazzjonijiet sabiex l-azzjoni tal-UE ssaħħaħ is-sitwazzjoni tat-tfal b’diżabilità.