L-Inizjattiva għat-Trasparenza tad-Dejta u l-Impatt tagħha fuq il-Politika ta’ Koeżjoni

Studju 15-06-2009

Dan l-istudju jagħti ħarsa lejn l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza (ETI) fil-qasam tal-Politika tal-Koeżjoni. Il-għan tal-ETI huwa li ttejjeb il-komunikazzjoni dwar l-inizjattivi tal-UE b’mod ġenerali u li ssaħħaħ it-trasparenza dwar l-infiq tal-UE b’mod partikulari. Il-kwistjonijiet prinċipali indirizzati jikkonċernaw l-abilità tal-Istati Membri li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ETI fil-qasam tal-Politika tal-Koeżjoni u l-kundizzjonijiet li taħthom l-ETI tista’ tiġi implimentata b’suċċess.