Fokus fuq: Edukazzjoni Doppja: soluzzjoni għall-problemi attwali?

Briefing 15-10-2014

L-esperjenza tax-xogħol hi ferm apprezzata mill-azjendi, u n-nuqqas ta' esperjenza għalhekk tikkostitwixxi ostaklu ewlieni għal dawk li qed ifittxu x-xogħol għall-ewwel darba. Ħafna żgħażagħ jinqabdu f'ċirku vizzjuż: ma jistgħux isibu l -ewwel impjieg, imma ma jistgħux jakkwistaw impjieg minħabba li m'għandhomx esperjenza tax-xogħol. L-apprendistati urew li jħallu impatt fuq skala kbira fuq il-promozzjoni tal-impjieg taż-żgħażagħ, u huma r-raġuni ewlenija għal livelli baxxi ta' impjieg taż-żgħażagħ f'uħud mill-pajjiżi Ewropej. Kemm fil-komunikazzjoni Reviżjoni tal-Edukazzjoni u kemm fil-komunikazzjoni Impjieg taż-Żgħażagħ 2013, il-Kummissjoni Ewropea sejħet lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom fl-iżvilupp ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali ta' livell dinji u biex jgħollu l-kwalità tal-ħiliet vokazzjonali u jippromovu tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol inklużi apprendistati ta' kwalità, apprendistati u sistemi doppji. Bl-istess mod, il-Parlament Ewropew (PE), wara talba mill-Kumitat għall-Kultura u l- Edukazzjoni (CULT), ippubblika studju li jeżamina l-punti pożittivi u d-dgħufijiet tal-edukazzjoni doppja u jesplora l-iżviluppi ta' politika fl-UE-28 fir-rigward tal-introduzzjoni u/jew it-titjib ta' dan it-tip ta' tagħlim.