Kif evolva u nbidel il-baġit tal-UE f'dawn l-aħħar 10 snin?

Analiżi fil-Fond 15-02-2017

Minn mindu daħlu fis-seħħ, għaxar snin ilu, il-Perspettivi Finanzjarji tal-2007-2013, il-baġit tal-UE għadda minn tibdil konsiderevoli. Fl-2009 daħal fis-seħħ it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li ntlaħaq qbil fuqu f'Lisbona. Dan it-Trattat biddel notevolment is-setgħat tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Il-kriżi finanzjarja globali, li faqqgħet fl-2008, segwita mill-kriżi relatata partikolarment maż-żona tal-euro, irriżultat fi pressjoni favur l-awsterità fl-Istati Membri tal-UE u fi pressjoni fuq il-baġit tal-UE stess. Dan id-dokument ta' Tgħarrif (briefing) joffri sommarju ta' dawn l-iżviluppi.