L-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni 2014-2020: It-tħejjijiet u l-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri

Studju 15-09-2014

L-għan ta' dan l-istudju huwa li jivvaluta l-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri biex jimplimentaw il-politika ta' koeżjoni 2014-2020, u t-tħejjijiet li jsiru fil-livell amministrattiv sabiex il-perjodu ta' programmazzjoni jibda b'suċċess. Erbatax-il studju tal-każ iservu bħala bażi għall-konklużjoni li miżuri ta' simplifikazzjoni qed jitħejjew fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri abbażi tat-tagħlimiet li nkisbu fil-perjodi preċedenti, iżda li l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, huma u jaħdmu għall-ġestjoni effiċjenti u effikaċi tal-fondi tul il-perjodu 2014-2020, xorta se jkunu qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi amministrattivi.