Riċerka għall-kumitat AGRI — Ir-riforma tal-PAK wara l-2020 — Sfidi fl-agrikoltura

Studju 14-10-2016

Dan id-dokument tħejja għall-Grupp ta’ Ħidma dwar "Reflections on the agricultural challenges post-2020 in the EU: preparing the next CAP reform” (Riflessjonijiet fuq l-isfidi agrikoli wara l-2020 fl-UE: It-tħejjija tar-riforma li jmiss tal-PAK) tat-8 ta’ Novembru 2016, organizzat mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (COMAGRI) u d-Dipartiment tematiku tiegħu (Riċerka AGRI). Huwa fih tliet studji: 1. The future of direct payments (Il-ġejjieni tal-pagamenti diretti) (minn Alan Matthews). 2. The future of market measures and risk management schemes (Il-ġejjieni tal-miżuri tas-suq u skemi tal-immaniġġjar tar-riskju) (minn Louis-Pascal Mahé u Jean-Christophe Bureau). 3. The future of rural development (Il-ġejjieni tal-iżvilupp rurali) (minn Thomas Dax u Andrew Copus).