Infographics

Il-ġabra ta' infografika animata li jipproduċi s-Servizz Ewropew ta' Riċerka Parlamentari tikkonsisti fi gwidi viżivi u interattivi, li jiġu aġġornati regolarment, biex jgħinuk issib l-informazzjoni li jkollok bżonn fir-rigward ta' kwistjoni kumplessa.Aktar kontenut viżiv:Arkivju tal-Grafika.

21-09-2022 - 12:16

Dan is-sit web jipprovdi fatti u ċifri ewlenin dwar il-Parlament Ewropew u l-Membri tiegħu (MPE), sew għal-leġiżlatura attwali u sew għal-leġiżlaturi preċedenti kollha minn meta ġew introdotti l-elezzjonijiet diretti fl-1979. Tista' tagħżel data li tmur lura sal-1979, fi tliet punti partikolari ta' kull leġiżlatura (il-bidu, in-nofs u t-tmiem ta' kull leġiżlatura).

18-07-2022 - 17:33

Minkejja l-eżistenza ta' qafas legali internazzjonali komprensiv dwar il-protezzjoni tat-tfal u d-drittijiet tagħhom, it-tfal migranti irregolari jiffaċċjaw ħafna ostakli matul u wara l-migrazzjoni. Dawn huma partikolarment diffiċli għal dawk li jemigraw waħedhom jew li jisseparaw mill-ġenituri tagħhom matul il-vjaġġ tagħhom. Din l-infografika se tieħdok mill-vjaġġ tagħhom lejn l-UE u fiha, mill-isfidi li jistgħu jiltaqgħu magħhom, sal-akkoljenza, it-trattament, ir-rilokazzjoni u l-proċessi ta' ritorn tagħhom.

29-06-2022 - 00:00

L-Unjoni Ewropea ħolqot strument rivoluzzjonarju, Next Generation EU (NGEU), biex tikkumbatti l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus u tgħin lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħhom aktar sostenibbli, diġitali u inklużivi. Din l-infografika interattiva turi kif sejrin l-Istati Membri fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza ffinanzjati mill-NGEU.

07-06-2022 - 16:23

L-Unjoni Ewropea qed tħejji reviżjoni maġġuri tal-politika tagħha dwar il-klima u l-enerġija f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistabbilixxi mira biex l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra jitnaqqsu b'mill-inqas 55% sal-2030, meta mqabbla mal-1990, u biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050. Din l-infografika interattiva ssegwi lill-Istati Membri tal-UE fl-isforzi tagħhom biex jilħqu l-għanijiet tan-newtralità klimatika.