Fittex

Ir-riżultati tiegħek

Qed tara 10 minn 38 riżultati

Il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali

Skedi Informattivi dwar l-UE 01-02-2024

Il-proprjetà intellettwali tinkludi d-drittijiet esklużivi kollha għall-kreazzjonijiet intellettwali. Din tħaddan żewġ tipi ta’ drittijiet: il-proprjetà industrijali, li tinkludi l-invenzjonijiet (privattivi), it-trademarks, id-disinni u l-mudelli industrijali, kif ukoll id-denominazzjonijiet tal-oriġini, u d-drittijiet tal-awtur, li jinkludu l-proprjetà artistika u letterarja. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fl-2009, l-UE ngħatat il-kompetenza espliċita ...

Iċ-ċittadini tal-Unjoni u d-drittijiet tagħhom

Skedi Informattivi dwar l-UE 30-01-2024

Id-drittijiet individwali taċ-ċittadini u ċ-ċittadinanza Ewropea huma minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Dawn huma fatturi essenzjali fil-formazzjoni tal-identità Ewropea. F’każ ta’ ksur serju tal-valuri bażiċi tal-Unjoni, Stat Membru jista’ jiġi ssanzjonat.

Il-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 29-01-2024

Din l-iskeda informattiva tiddeskrivi liema huma l-kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE), li tikkonsisti f’żewġ qrati, li huma l-Qorti tal-Ġustizzja proprja u l-Qorti Ġenerali, u toffri mezzi differenti ta’ rimedju, kif stabbilit fl-Artikolu 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), l-Artikoli 251-281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Artikolu 136 tal-Euratom, u l-Protokoll Nru 3 anness mat-Trattati dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni ...

L-Unjoni Ewropea għandha personalità ġuridika u bħala tali għandha l-ordinament ġuridiku tagħha stess, li huwa differenti mid-dritt internazzjonali. Barra minn hekk, id-dritt tal-UE għandu effett dirett jew indirett fuq il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri tagħha u jsir parti mis-sistema ġuridika ta’ kull Stat Membru. L-Unjoni Ewropea hija fiha nfisha sors ta’ dritt. L-ordinament ġuridiku huwa ġeneralment kompost mil-leġiżlazzjoni primarja (it-Trattati u l-prinċipji ġenerali tad-dritt), mil-leġiżlazzjoni ...

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili

Skedi Informattivi dwar l-UE 26-01-2024

Il-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-persuni qed jiżdied b’mod kostanti. F’materji tal-liġi ċivili minħabba l-implikazzjonijiet transfruntiera, l-Unjoni Ewropea qiegħda tiżviluppa kooperazzjoni ġudizzjarja, u b’hekk qed tibni rabtiet bejn sistemi ġuridiċi differenti. L-objettivi prinċipali tagħha huma ċ-ċertezza legali u l-aċċess faċli u effettiv għall-ġustizzja, li jimplikaw l-identifikazzjoni tal-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-indikazzjoni ċara tal-liġi applikabbli, ...

It-Trattati jagħtu importanza kbira lill-ħolqien ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Fl-2009, ġew introdotti diversi karatteristiċi ġodda importanti: proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratika li sservi ta’ tweġiba għall-abolizzjoni tal-istruttura l-qadima ta’ pilastri; setgħat akbar għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE; u rwol ġdid għall-parlamenti nazzjonali. Id-drittijiet bażiċi huma msaħħa mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea legalment vinkolanti ...

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 22-01-2024

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) hija waħda mis-seba’ istituzzjonijiet tal-UE. Hija magħmula minn żewġ qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja proprja u l-Qorti Ġenerali. Hija responsabbli għall-ġuriżdizzjoni tal-Unjoni Ewropea. Il-qrati jiżguraw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretta tad-dritt primarju u sekondarju tal-UE fit-territorju tal-UE. Huma jeżaminaw il-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet tal-UE u jiddeċiedu jekk l-Istati Membri jkunux issodisfaw l-obbligi tagħhom li joħorġu ...

Il-liġi tal-kumpaniji

Skedi Informattivi dwar l-UE 16-01-2024

Il-liġi Ewropea tal-kumpaniji hija kodifikata parzjalment fid-Direttiva (UE) 2017/1132, u l-Istati Membri għadhom japplikaw atti separati dwar il-kumpaniji, li jiġu emendati minn żmien għal żmien biex jikkonformaw mad-direttivi u r-regolamenti tal-UE. L-isforzi li għaddejjin biex jiġi stabbilit qafas modern u effiċjenti tal-liġi tal-kumpaniji u qafas ta’ governanza korporattiva għall-impriżi, l-investituri u l-impjegati Ewropej għandhom l-għan li jtejbu l-ambjent tan-negozju fl-UE.

Il-Parlament Ewropew: Sfond storiku

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

Il-Parlament Ewropew oriġina mill-Assemblea Komuni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA), li saret l-assemblea komuni tat-tliet komunitajiet Ewropej sovranazzjonali li kienu jeżistu dak iż-żmien. Sussegwentement l-assemblea ħadet l-isem “Parlament Ewropew”. Maż-żmien, l-istituzzjoni, li mill-1979 il-membri tagħha bdew jiġu eletti direttament, għaddiet minn tibdil profond: minn assemblea b’membri magħżula għal parlament elett li huwa rikonoxxut bħala entità li tinfluwenza l-aġenda politika ...

Il-Kumitat tar-Reġjuni

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-11-2023

Il-Kumitat tar-Reġjuni jinkludi 329 membru li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa joħroġ opinjonijiet li jintalbu fil-każijiet tal-konsultazzjoni obbligatorja (kif meħtieġ mit-Trattati) u fil-każijiet ta’ konsultazzjoni volontarja, u, fejn ikun xieraq, joħroġ opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess. Il-membri tiegħu mhuma marbuta b’ebda mandat obbligatorju. Huma jeżerċitaw dmirijiethom b’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni ...