12

Riżultat(i)

Kelma (kelmiet)
Tip ta' pubblikazzjoni
Qasam tematiku
Kelma għat-tiftix
Data

Artificial Intelligence:Opportunities and Challenges for the Internal Market and Consumer Protection

15-06-2020

Developing appropriate policies and regulations for AI is a priority for the European Union. AI has become a powerful driver of social transformation, reshaping individual lives and interactions as well as economical and political organisations. AI brings huge opportunities for development, sustainability, health and knowledge, as well as significant risks of unemployment, discrimination, exclusion, etc. Multiple areas are affected by AI, such as data protection (lawful and proportionate processing ...

Developing appropriate policies and regulations for AI is a priority for the European Union. AI has become a powerful driver of social transformation, reshaping individual lives and interactions as well as economical and political organisations. AI brings huge opportunities for development, sustainability, health and knowledge, as well as significant risks of unemployment, discrimination, exclusion, etc. Multiple areas are affected by AI, such as data protection (lawful and proportionate processing of personal data, subject to oversight), fair algorithmic treatment (not being subject to unjustified prejudice resulting from automated processing), transparency and explicability (knowing how and why a certain algorithmic response has been given or a decision made), protection from undue influence (not being misled, manipulated, or deceived). This collection of studies presents research resulting from ongoing interest of the Committee on the Internal Market and Consumer Protection in improving functioning of the Digital Single Market and developing European digital policies based on scientific evidence and expertise.

Artificial Intelligence: Opportunities and Challenges for the Internal Market and Consumer Protection

16-03-2020

Developing appropriate policies and regulations for AI is a priority for the European Union. AI has become a powerful driver of social transformation, reshaping individual lives and interactions as well as economical and political organisations. AI brings huge opportunities for development, sustainability, health and knowledge, as well as significant risks of unemployment, discrimination, exclusion, etc. Multiple areas are affected by AI, such as data protection (lawful and proportionate processing ...

Developing appropriate policies and regulations for AI is a priority for the European Union. AI has become a powerful driver of social transformation, reshaping individual lives and interactions as well as economical and political organisations. AI brings huge opportunities for development, sustainability, health and knowledge, as well as significant risks of unemployment, discrimination, exclusion, etc. Multiple areas are affected by AI, such as data protection (lawful and proportionate processing of personal data, subject to oversight), fair algorithmic treatment (not being subject to unjustified prejudice resulting from automated processing), transparency and explicability (knowing how and why a certain algorithmic response has been given or a decision made), protection from undue influence (not being misled, manipulated, or deceived). This collection of studies presents research resulting from ongoing interest of the Committee on the Internal Market and Consumer Protection in improving functioning of the Digital Single Market and developing European digital and AI related policy based on scientific evidence and expertise.

Komunikazzjonijiet bi prezz li jintlaħaq għan-negozji u l-konsumaturi

01-02-2018

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u s-servizzi tal-aċċess għad-data u għall-internet ħadu post is-servizzi tradizzjonali tat-telefonija bħala prodotti kruċjali, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Illum il-ġurnata żdied ħafna l-kontenut awdjoviżiv disponibbli fuq talba, u t-tkabbar tal-konnettività tal-internet 4G u 5G huwa esponenzjali. B'rispons, l-UE stabbiliet qafas regolatorju għat-telekomunikazzjoni li jkopri t-telekomunikazzjonijiet fissi u wireless, l-internet ...

It-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u s-servizzi tal-aċċess għad-data u għall-internet ħadu post is-servizzi tradizzjonali tat-telefonija bħala prodotti kruċjali, kemm għall-konsumaturi kif ukoll għan-negozji. Illum il-ġurnata żdied ħafna l-kontenut awdjoviżiv disponibbli fuq talba, u t-tkabbar tal-konnettività tal-internet 4G u 5G huwa esponenzjali. B'rispons, l-UE stabbiliet qafas regolatorju għat-telekomunikazzjoni li jkopri t-telekomunikazzjonijiet fissi u wireless, l-internet, ix-xandir u s-servizzi tat-trażmissjoni, u jikkonsisti f'sensiela ta' regoli li japplikaw fl-Istati Membri kollha tal-UE. Skont riċerka riċenti mwettqa għall-Kumitat IMCO, is-servizzi tat-telekomunikazzjoni jikkontribwixxu EUR 86.1 biljun fis-sena għall-PDG tal-Unjoni Ewropea, u l-miżuri leġiżlattivi ġodda introdotti mill-Parlament Ewropew jistgħu jikkontribwixxu EUR 40 biljun addizzjonali.

Aġenda Diġitali għall-Ewropa

01-02-2018

Mill-1995 'l hawn, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) ġabu magħhom aktar produttività u tkabbir fl-UE[1]. F'dawn l-aħħar tletin sena, il-"konverġenza" teknoloġika ċajpret il-linja bejn it-telekomunikazzjoni, ix-xandir u l-IT. Il-Kummissjoni varat is-suq uniku diġitali fl-2015 biex twettaq il-proposti leġiżlattivi ewlenin, pereżempju li tingħata spinta lill-kummerċ elettroniku, id-drittijiet tal-awtur, il-privatezza elettronika, l-armonizzazzjoni tad-drittijiet diġitali, ...

Mill-1995 'l hawn, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs) ġabu magħhom aktar produttività u tkabbir fl-UE[1]. F'dawn l-aħħar tletin sena, il-"konverġenza" teknoloġika ċajpret il-linja bejn it-telekomunikazzjoni, ix-xandir u l-IT. Il-Kummissjoni varat is-suq uniku diġitali fl-2015 biex twettaq il-proposti leġiżlattivi ewlenin, pereżempju li tingħata spinta lill-kummerċ elettroniku, id-drittijiet tal-awtur, il-privatezza elettronika, l-armonizzazzjoni tad-drittijiet diġitali, l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-VAT u ċ-ċibersigurtà.

Is-suq intern: il-prinċipji ġenerali

01-11-2017

Is-suq intern huwa żona ta' prosperità u libertà, li tagħti aċċess għal prodotti, servizzi, impjiegi, opportunitajiet ta' negozju u rikkezza kulturali. Sforzi kontinwi huma meħtieġa biex jiġi żgurat l-approfondiment ulterjuri tas-suq uniku li jista' jrendi gwadanji sinifikanti għall-konsumaturi u n-negozji tal-UE. B'mod partikulari, is-suq uniku diġitali jiftaħ opportunitajiet ġodda biex tiġi stimulata l-ekonomija (permezz tal-kummerċ elettroniku), filwaqt li titnaqqas il-burokrazija (permezz tal-governanza ...

Is-suq intern huwa żona ta' prosperità u libertà, li tagħti aċċess għal prodotti, servizzi, impjiegi, opportunitajiet ta' negozju u rikkezza kulturali. Sforzi kontinwi huma meħtieġa biex jiġi żgurat l-approfondiment ulterjuri tas-suq uniku li jista' jrendi gwadanji sinifikanti għall-konsumaturi u n-negozji tal-UE. B'mod partikulari, is-suq uniku diġitali jiftaħ opportunitajiet ġodda biex tiġi stimulata l-ekonomija (permezz tal-kummerċ elettroniku), filwaqt li titnaqqas il-burokrazija (permezz tal-governanza elettronika u d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi). Riċerka reċenti tindika li l-prinċipji tal-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi, flimkien mal-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam jiġġeneraw benefiċċji stmati għal EUR 985 biljun fis-sena.

Il-moviment liberu tal-merkanzija

01-11-2017

Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa żgurat permezz tal-eliminazzjoni tad-dazji doganali u r-restrizzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll permezz tal-projbizzjoni ta' miżuri b'effett ekwivalenti. Il-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku, l-eliminazzjoni tal-ostakli fiżiċi u tekniċi, u l-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni ġew miżjuda sabiex jikkontribwixxu għat-tlestija tas-suq intern. L-adozzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid (NLF) fl-2008 saħħet b'mod sinifikanti lill-moviment liberu tal-merkanzija ...

Il-moviment liberu tal-merkanzija huwa żgurat permezz tal-eliminazzjoni tad-dazji doganali u r-restrizzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll permezz tal-projbizzjoni ta' miżuri b'effett ekwivalenti. Il-prinċipji tar-rikonoxximent reċiproku, l-eliminazzjoni tal-ostakli fiżiċi u tekniċi, u l-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni ġew miżjuda sabiex jikkontribwixxu għat-tlestija tas-suq intern. L-adozzjoni tal-Qafas Leġiżlattiv il-Ġdid (NLF) fl-2008 saħħet b'mod sinifikanti lill-moviment liberu tal-merkanzija, lis-sistema ta' sorveljanza tas-suq tal-UE u lill-marka CE. Riċerka reċenti tindika li l-benefiċċji li jirriżultaw mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija u l-leġiżlazzjoni relatata jammontaw għal EUR 386 biljun fis-sena.

Ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi

01-11-2017

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi huma wieħed mill-pedamenti tas-suq uniku u jippermettu l-mobilità tan-negozji u l-professjonisti fl-UE kollha. Sabiex jiġu implimentati dawn il-libertajiet, id-diplomi u l-kwalifiki maħruġa fil-livell nazzjonali jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti b'mod wiesa'. Ġew adottati miżuri differenti għall-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tagħhom, u qed titħejja leġiżlazzjoni ulterjuri dwar dan is-suġġett.

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi huma wieħed mill-pedamenti tas-suq uniku u jippermettu l-mobilità tan-negozji u l-professjonisti fl-UE kollha. Sabiex jiġu implimentati dawn il-libertajiet, id-diplomi u l-kwalifiki maħruġa fil-livell nazzjonali jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti b'mod wiesa'. Ġew adottati miżuri differenti għall-armonizzazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tagħhom, u qed titħejja leġiżlazzjoni ulterjuri dwar dan is-suġġett.

Il-politika tal-konsumatur: il-prinċipji u l-istrumenti

01-11-2017

Politika effettiva għall-protezzjoni tal-konsumatur tiżgura li s-suq uniku jkun jista' jaħdem tajjeb u b'mod effiċjenti[1]. L-għan tagħha huwa li tiggarantixxi d-drittijiet tal-konsumaturi vis-à-vis in-negozjanti u tipprovdi protezzjoni msaħħa għall-konsumaturi vulnerabbli[2]. Il-kriżi finanzjarja wriet li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandhom il-potenzjal li jagħmlu s-swieq aktar ġusti u jtejbu l-kwalità tal-kompetizzjoni. L-awtonomizzazzjoni tal-konsumaturi u l-protezzjoni effikaċi ...

Politika effettiva għall-protezzjoni tal-konsumatur tiżgura li s-suq uniku jkun jista' jaħdem tajjeb u b'mod effiċjenti[1]. L-għan tagħha huwa li tiggarantixxi d-drittijiet tal-konsumaturi vis-à-vis in-negozjanti u tipprovdi protezzjoni msaħħa għall-konsumaturi vulnerabbli[2]. Il-kriżi finanzjarja wriet li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur għandhom il-potenzjal li jagħmlu s-swieq aktar ġusti u jtejbu l-kwalità tal-kompetizzjoni. L-awtonomizzazzjoni tal-konsumaturi u l-protezzjoni effikaċi tas-sikurezza u l-interessi ekonomiċi tagħhom saru għanijiet essenzjali tal-politika tal-UE.

Miżuri għall-protezzjoni tal-konsumatur

01-11-2017

Il-miżuri Ewropej għall-protezzjoni tal-konsumatur huma maħsuba biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza u l-interessi ekonomiċi u ġuridiċi tal-konsumaturi Ewropej, kull fejn jgħixu, jivvjaġġaw jew jixtru fl-UE. Dispożizzjonijiet tal-UE jirregolaw kemm it-tranżazzjonijiet fiżiċi kif ukoll il-kummerċ elettroniku, u fihom regoli ta' applikabbiltà ġenerali flimkien ma' dispożizzjonijiet għal prodotti speċifiċi, inklużi l-mediċini, l-organiżmi ġenetikament modifikati, il-prodotti tat-tabakk, il-kożmetiċi ...

Il-miżuri Ewropej għall-protezzjoni tal-konsumatur huma maħsuba biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza u l-interessi ekonomiċi u ġuridiċi tal-konsumaturi Ewropej, kull fejn jgħixu, jivvjaġġaw jew jixtru fl-UE. Dispożizzjonijiet tal-UE jirregolaw kemm it-tranżazzjonijiet fiżiċi kif ukoll il-kummerċ elettroniku, u fihom regoli ta' applikabbiltà ġenerali flimkien ma' dispożizzjonijiet għal prodotti speċifiċi, inklużi l-mediċini, l-organiżmi ġenetikament modifikati, il-prodotti tat-tabakk, il-kożmetiċi, il-ġugarelli u l-isplussivi.

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi

01-11-2017

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jiggarantixxu l-mobilità tan-negozji u tal-professjonisti fl-UE. L-aspettattivi rigward id-Direttiva dwar is-Servizzi adottata fl-2006 huma għoljin, peress li hija ta' importanza kruċjali għat-tlestija tas-suq intern. Riċerka reċenti tindika li l-valur tal-benefiċċji ġġenerati mil-leġiżlazzjoni li l-Parlament adotta fil-qasam tal-moviment liberu tas-servizzi, inklużi l-kwalifiki professjonali u l-bejgħ bl-imnut, jammonta għal EUR ...

Il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jiggarantixxu l-mobilità tan-negozji u tal-professjonisti fl-UE. L-aspettattivi rigward id-Direttiva dwar is-Servizzi adottata fl-2006 huma għoljin, peress li hija ta' importanza kruċjali għat-tlestija tas-suq intern. Riċerka reċenti tindika li l-valur tal-benefiċċji ġġenerati mil-leġiżlazzjoni li l-Parlament adotta fil-qasam tal-moviment liberu tas-servizzi, inklużi l-kwalifiki professjonali u l-bejgħ bl-imnut, jammonta għal EUR 284 biljun fis-sena.