Fittex

Ir-riżultati tiegħek

Qed tara 10 minn 13 riżultati

Il-Parlament Ewropew: is-setgħat

Skedi Informattivi dwar l-UE 18-04-2024

Il-Parlament jiżvolġi r-rwol istituzzjonali tiegħu fit-tfassil tal-politiki Ewropej billi jeżerċita l-funzjonijiet differenti tiegħu. Il-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-proċess leġiżlattiv, is-setgħat baġitarji u ta’ kontroll tiegħu, l-involviment tiegħu fir-reviżjoni tat-Trattati u d-dritt tiegħu li jintervjeni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jippermettulu li jirrispetta l-prinċipji demokratiċi fil-livell Ewropew.

Fil-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) kif ukoll f’diversi oqsma oħra, bħal pereżempju l-kooperazzjoni msaħħa, ċerti ħatriet u r-reviżjoni tat-trattati, il-proċedura tat-teħid ta’ deċiżjonijiet hija differenti minn dik li tintuża fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-karatteristika dominanti f’dawn l-oqsma hija element aktar qawwi ta’ kooperazzjoni intergovernattiva. L-isfida tal-kriżi tad-dejn pubbliku wasslet għal żieda fl-użu ta’dan it-tip ta’ mekkaniżmi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ...

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Skedi Informattivi dwar l-UE 26-03-2024

Fil-qafas tal-kompetenzi mhux esklużivi tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, stabbilit fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jagħti definizzjoni tal-kundizzjonijiet li fihom l-Unjoni għandha prijorità ta’ azzjoni fil-konfront tal-Istati Membri.

Il-progress tal-integrazzjoni Ewropea biddel ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali. Għadd ta’ strumenti ta’ kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ġew introdotti bil-għan li jiggarantixxu skrutinju demokratiku effikaċi tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-livelli kollha. Din it-tendenza ssaħħet permezz tad-dispożizzjonijiet introdotti bit-Trattat ta’ Liżbona.

Il-Parlament Ewropew: l-organizzazzjoni u l-funzjonament

Skedi Informattivi dwar l-UE 09-01-2024

L-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Parlament Ewropew huma rregolati mir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu. Il-korpi politiċi, il-kumitati, id-delegazzjonijiet u l-gruppi politiċi jidderieġu l-attivitajiet tal-Parlament.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Skedi Informattivi dwar l-UE 14-12-2023

Flimkien mal-Parlament, il-Kunsill huwa l-istituzzjoni li tadotta l-leġiżlazzjoni tal-UE permezz ta’ regolamenti u direttivi u tħejji deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti. Fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu, jieħu d-deċiżjonijiet permezz ta’ maġġoranza sempliċi, maġġoranza kwalifikata jew b’mod unanimu, skont il-bażi ġuridika tal-att li jkun jirrikjedi l-approvazzjoni tiegħu.

It-Trattat ta’ Liżbona

Skedi Informattivi dwar l-UE 11-12-2023

Din l-iskeda informattiva tippreżenta l-isfond u d-dispożizzjonijiet essenzjali tat-Trattat ta’ Liżbona. L-objettiv huwa li jingħata kuntest storiku għall-ħolqien ta’ dan l-aħħar test fundamentali tal-UE minn dawk li ġew qablu. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi (b’referenzi għall-artikoli) u l-effetti tagħhom fuq il-politiki tal-Unjoni Ewropea huma spjegati f’aktar dettall fl-iskedi informattivi li jittrattaw politiki u kwistjonijiet partikolari.

Il-Kunsill Ewropew

Skedi Informattivi dwar l-UE 07-12-2023

Il-Kunsill Ewropew, magħmul mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri, jagħti l-impetu meħtieġ għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea u jistabbilixxi l-linji gwida politiċi ġenerali. Il-President tal-Kummissjoni huwa membru wkoll, iżda m’għandux vot. Il-President tal-Parlament Ewropew jindirizza l-Kunsill Ewropew fil-bidu tal-laqgħat tiegħu. It-Trattat ta’ Liżbona stabbilixxa l-Kunsill Ewropew bħala istituzzjoni tal-Unjoni u fdalu presidenza fit-tul.

This paper was produced by the Policy Department on Citizens’ Rights and Constitutional Affairs at the request of the Committee on Women's Rights and Gender Equality (FEMM). The paper examines the status of women in Sweden, a country known for its proven track record on gender equality: it delves into the issue of preventing violence against women and protecting victims of violence. Gender equality is a cornerstone of Swedish society, thus violence against women is a priority for the Swedish Government ...

One of the most politically-sensitive aspects of the current ‘Brexit’ negotiations is the issue of the border between Northern Ireland and Ireland. In many respects, the Irish border is unique, with some 200 possible crossing points along the 500km border. Managing such a porous border in the event that the UK, following Brexit, does not participate in a customs union with the EU, thus becoming an external EU border, presents significant challenges for the EU and UK alike. In order to ...