187

Riżultat(i)

Kelma (kelmiet)
Tip ta' pubblikazzjoni
Qasam tematiku
Awtur
Kelma għat-tiftix
Data

L-infiq tal-Unjoni

01-05-2018

L-infiq tal-baġit huwa approvat b'mod konġunt mill-Kunsill u mill-Parlament. Il-baġit annwali tal-UE jrid jirrispetta l-limiti massimi baġitarji maqbula fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għal programmi u politiki differenti, bħalma huma dawk dwar il-koeżjoni, l-agrikoltura u r-relazzjonijiet esterni. L-istrumenti ta' flessibbiltà jiżguraw li l-UE tkun tista' tirreaġixxi f'każ ta' ħtiġijiet mhux previsti. L-użu tal-istrumenti finanzjarji joħloq effett ta' lieva fir-rigward tal-infiq ...

L-infiq tal-baġit huwa approvat b'mod konġunt mill-Kunsill u mill-Parlament. Il-baġit annwali tal-UE jrid jirrispetta l-limiti massimi baġitarji maqbula fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għal programmi u politiki differenti, bħalma huma dawk dwar il-koeżjoni, l-agrikoltura u r-relazzjonijiet esterni. L-istrumenti ta' flessibbiltà jiżguraw li l-UE tkun tista' tirreaġixxi f'każ ta' ħtiġijiet mhux previsti. L-użu tal-istrumenti finanzjarji joħloq effett ta' lieva fir-rigward tal-infiq tal-UE.

Il-kontroll baġitarju

01-05-2018

L-eżami bir-reqqa tal-baġit tal-UE jsir f'kull istituzzjoni tal-UE u mill-Istati Membri. Verifiki dettaljati jsiru, f'livelli differenti, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-Parlament Ewropew. Kull sena, il-Parlament jeżamina bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-baġit bil-għan li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-aġenziji tal-UE.

L-eżami bir-reqqa tal-baġit tal-UE jsir f'kull istituzzjoni tal-UE u mill-Istati Membri. Verifiki dettaljati jsiru, f'livelli differenti, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mill-Parlament Ewropew. Kull sena, il-Parlament jeżamina bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-baġit bil-għan li jagħti kwittanza lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE u lill-aġenziji tal-UE.

L-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

01-05-2018

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) taħdem biex tiggarantixxi sistema internazzjonali ta' kummerċ ibbażata fuq ir-regoli. Minkejja l-impass fin-negozjati kummerċjali, qed jiġu esplorati modi biex jiġu mmodernizzati r-regoli tad-WTO u biex jiġu indirizzati sfidi globali ġodda. Fi Frar 2017, id-dħul fis-seħħ, tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ ġab miegħu żviluppi ġodda fir-regoli tal-kummerċ tad-WTO. Taħt it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament jilleġiżla b'mod konġunt mal-Kunsill u għandu ...

L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) taħdem biex tiggarantixxi sistema internazzjonali ta' kummerċ ibbażata fuq ir-regoli. Minkejja l-impass fin-negozjati kummerċjali, qed jiġu esplorati modi biex jiġu mmodernizzati r-regoli tad-WTO u biex jiġu indirizzati sfidi globali ġodda. Fi Frar 2017, id-dħul fis-seħħ, tal-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ ġab miegħu żviluppi ġodda fir-regoli tal-kummerċ tad-WTO. Taħt it-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament jilleġiżla b'mod konġunt mal-Kunsill u għandu rwol ta' skrutinju importanti dwar il-politika tal-kummerċ internazzjonali.

Id-Drittijiet tal-bniedem

01-05-2018

L-Unjoni Ewropea hija impenjata biex tappoġġa lid-demokrazija u lid-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tagħha, f'konformità mal-prinċipji fundaturi tagħha tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali u għall-istat tad-dritt. L-UE tfittex li tintegra kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u fil-programmi kollha tagħha, u għandha strumenti ta' politika differenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għal azzjonijiet ...

L-Unjoni Ewropea hija impenjata biex tappoġġa lid-demokrazija u lid-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tagħha, f'konformità mal-prinċipji fundaturi tagħha tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali u għall-istat tad-dritt. L-UE tfittex li tintegra kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki u fil-programmi kollha tagħha, u għandha strumenti ta' politika differenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem għal azzjonijiet speċifiċi – inkluż il-finanzjament ta' proġetti speċifiċi permezz tal-istrumenti finanzjarji tagħha.

Il-promozzjoni tad-demokrazija u l-osservazzjoni tal-elezzjonijiet

01-05-2018

L-Unjoni Ewropea għandha bħala prijorità s-sostenn għad-demokrazija fid-dinja kollha. Id-demokrazija tibqa' l-unika sistema ta' governanza li fiha l-persuna tista' teżerċita b'mod sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tagħha u hija wkoll fattur determinanti għall-iżvilupp u l-istabbiltà fuq terminu twil. Bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta b'mod dirett, il-Parlament Ewropew jinsab partikolarment impenjat fil-promozzjoni tad-demokrazija.

L-Unjoni Ewropea għandha bħala prijorità s-sostenn għad-demokrazija fid-dinja kollha. Id-demokrazija tibqa' l-unika sistema ta' governanza li fiha l-persuna tista' teżerċita b'mod sħiħ id-drittijiet tal-bniedem tagħha u hija wkoll fattur determinanti għall-iżvilupp u l-istabbiltà fuq terminu twil. Bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta b'mod dirett, il-Parlament Ewropew jinsab partikolarment impenjat fil-promozzjoni tad-demokrazija.

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-Iżvizzera u t-Tramuntana

01-05-2018

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) ġiet stabbilita fl-1994 sabiex testendi d-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-suq intern tagħha għall-pajjiżi taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA). In-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein huma partijiet kontraenti taż-ŻEE. L-Iżvizzera hija membru tal-EFTA iżda ma tiħux sehem fiż-ŻEE. L-UE u s-sħab taż-ŻEE (in-Norveġja u l-Iżlanda) huma marbuta wkoll permezz ta' diversi "politiki tat-Tramuntana" u fora li jiffokaw fuq it-truf tat-Tramuntana tal-Ewropa, li qed jevolvu ...

Iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) ġiet stabbilita fl-1994 sabiex testendi d-dispożizzjonijiet tal-UE dwar is-suq intern tagħha għall-pajjiżi taż-Żona Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA). In-Norveġja, l-Iżlanda u l-Liechtenstein huma partijiet kontraenti taż-ŻEE. L-Iżvizzera hija membru tal-EFTA iżda ma tiħux sehem fiż-ŻEE. L-UE u s-sħab taż-ŻEE (in-Norveġja u l-Iżlanda) huma marbuta wkoll permezz ta' diversi "politiki tat-Tramuntana" u fora li jiffokaw fuq it-truf tat-Tramuntana tal-Ewropa, li qed jevolvu b'rata mgħaġġla, u fuq ir-reġjun Artiku kollu kemm hu.

Il-proċedura baġitarja

01-05-2018

Mit-Trattati tal-1970 u tal-1975 'l hawn, ir-rwol tal-Parlament fil-proċess baġitarju ssaħħaħ b'mod gradwali. It-Trattat ta' Lisbona ta lill-Parlament l-istess saħħa tal-Kunsill fuq il-baġit kollu tal-UE.

Mit-Trattati tal-1970 u tal-1975 'l hawn, ir-rwol tal-Parlament fil-proċess baġitarju ssaħħaħ b'mod gradwali. It-Trattat ta' Lisbona ta lill-Parlament l-istess saħħa tal-Kunsill fuq il-baġit kollu tal-UE.

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

01-05-2018

It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ilu kwistjoni ta' importanza ewlenija għall-UE mis-snin tmenin. L-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew stabbiliet standards minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema, filwaqt li ppermettiet lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ jew jintroduċu miżuri aktar stretti. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret legalment vinkolanti, u b'hekk il-politika dwar is-saħħa u s-sigurtà ...

It-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol ilu kwistjoni ta' importanza ewlenija għall-UE mis-snin tmenin. L-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni fil-livell Ewropew stabbiliet standards minimi għall-protezzjoni tal-ħaddiema, filwaqt li ppermettiet lill-Istati Membri jżommu fis-seħħ jew jintroduċu miżuri aktar stretti. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea saret legalment vinkolanti, u b'hekk il-politika dwar is-saħħa u s-sigurtà saret qasam saħansitra iktar importanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

L-istazzjonar tal-ħaddiema

01-05-2018

Kif stipulat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jiggarantixxu l-mobilità tan-negozji u tal-professjonisti fl-UE. Madankollu, sabiex tiġi żgurata mobilità u kompetizzjoni ġusti, hemm ukoll liġijiet speċifiċi tal-UE li jirregolaw id-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati.

Kif stipulat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jiggarantixxu l-mobilità tan-negozji u tal-professjonisti fl-UE. Madankollu, sabiex tiġi żgurata mobilità u kompetizzjoni ġusti, hemm ukoll liġijiet speċifiċi tal-UE li jirregolaw id-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati.

Il-Kumitat tar-Reġjuni

01-04-2018

Il-Kumitat tar-Reġjuni jinkludi 329 membru li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa joħroġ opinjonijiet li jintalbu fil-każijiet tal-konsultazzjoni obbligatorja (kif meħtieġ mit-Trattati) u fil-każijiet ta' konsultazzjoni volontarja, u, fejn ikun xieraq, joħroġ opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess. Il-membri tiegħu m'huma marbuta b'ebda mandat obbligatorju. Huma jeżerċitaw dmirijiethom b'indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni ...

Il-Kumitat tar-Reġjuni jinkludi 329 membru li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet reġjonali u lokali tas-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Huwa joħroġ opinjonijiet li jintalbu fil-każijiet tal-konsultazzjoni obbligatorja (kif meħtieġ mit-Trattati) u fil-każijiet ta' konsultazzjoni volontarja, u, fejn ikun xieraq, joħroġ opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu stess. Il-membri tiegħu m'huma marbuta b'ebda mandat obbligatorju. Huma jeżerċitaw dmirijiethom b'indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Sħab