Veuillez remplir ce champ

Messaġġ ta' merħba tal-President tal-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet

Għeżież Membri, sħab u ħbieb,

L-Unjoni Ewropea sservi ta' punt ta' riferiment għall-valuri u għall-prinċipji gwida tagħha fid-dinja kollha. Flimkien niddefendu ordni dinji paċifiku, ġust, inklużiv u bbażat fuq ir-regoli.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew, bħala rappreżentanti eletti, huma impenjati li jsemmgħu leħen iċ-ċittadini Ewropej fid-dinja b'mod konformi mal-valuri u mal-interessi strateġiċi tagħna.

Huwa bis-saħħa tax-xogħol tad-delegazzjonijiet li mmexxu 'l quddiem id-djalogu ma' sħabna tal-pajjiżi terzi, bil-għan li niżguraw liċ-ċittadini tagħna paċi u prosperità komuni, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tad-demokrazija u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Ninsab konvinta b'mod qawwi li d-diplomazija parlamentari tiżvolġi rwol fundamentali biex tgħin ħalli jissawru u jitwettqu l-objettivi tal-politiki esterni tal-Unjoni bl-akbar koerenza u kredibilità.

Fil-paġni ta' din it-taqsima, tista' ssib aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li qegħdin nagħmlu: il-missjoni tagħna, l-istorja tagħna u r-reżukontijiet tal-aħħar laqgħat tagħna fi Brussell u Strasburgu, kif ukoll il-missjonijiet esterni tagħna, il-kalendarju tal-attivitajiet futuri tagħna u r-riżoluzzjonijiet parlamentari importanti fir-rigward ta' dan il-qasam ta' xogħolna.

Inmaculada RODRÍGUEZ-PIÑERO
President, Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet
Id-disa' leġiżlatura

Il-laqgħat li jmiss

L-ebda laqgħa kkonfermata